20/04/2026
TUNA, POTATO AND DILL BAKE
Serves 6
Ingredients
1kg potatoes, cut into 0.5cm slices
4 medium egg yolks
300ml milk
300ml double cream
Zest of 1 lemon
½ tsp fine salt
3 x 120g tins tuna
50g capers
10g dill roughly chopped
10g chives, snipped
30g unsalted butter
Method
- Preheat the oven to 200C/Gas6. Bring a large saucepan of salted water to the boil. Carefully add the sliced potatoes, return to the boil and cook for 6-8 minutes until just tender. Drain and set aside to cool for a few minutes.
- Meanwhhile, in a large measuring jug or bowl, whisk together the egg yolks, milk, cream, lemon zest, salt and plenty of black pepper until combined. Drain the tins of tuna, tip into a bowl and gently mix through the capers. Combine the chopped herbs in a separate bowl.
- Butter 28cm x 22cm x 6cm oven dish. Arrange about a third of the potatoes in the base of the dish, spreading them out into a layer. Top with half the tuna mixture, followed by one third of the herbs. Repeat the layers, finishing with a top layer of potatoes and reserving the remaining herbs. Give the egg mixture another quick whisk, then pour it all over the layers. Melt the butter in a small pan and spoon over the top layer of potatoes. Season with a little extra salt, then transfer to the oven, bake for 50-55 minutes until the egg mixture is just set and the potatoes are crisp and golden. Leave to stand for 10-15 minutes.
- Scatter over the reserved herbs and serve.
PATATA U TONN TAŻ-ŻEJT FIL-FORN BIX-XIBT
Għal 6 persuni
1kg patata mqattgħa slices ta’ 0.5cm
4 isfra tal-bajd
300ml ħalib
300ml krema doppja
Qoxra maħkuka ta’ lumija
½ kuċċarina melħ fin
3 x 120g laned tat-tonn taż-żejt
50g kappar
10g xibt imqatta’
10g chives, imqatta’ fin
30g butir mingħajr melħ
- Saħħan il-forn għal 200C/Gas6. Għalli ilma bil-melħ ġo borma kbira u itfa s-slices tal-patata bil-galbu, ħalliha terġa tiftaħ tgħali u sajjar għal 6-8 minuti sakemm il-patata tkun kemm, kemm saret. Saffiha u ħalliha tibred għal ftit minuti.
- Sadanittant, ġo buqar, ħabbat flimkien l-isfra tal-bajd, il-ħalib, il-krema, il-qoxra maħkuka tal-lumija, melħ u ħafna bżar iswed. Saffi l-laned tat-tonn taż-żejt, itfa’ ġo skutella u ħallat bilmod il-kappar. Ħallat flimkien il-ħxejjex aromatiċi ġo skutella oħra.
- Idlek bil-butir dixx tal-forn ta’ 28cm x 22cm x 6cm. Poġġi terz tas-slices tal-patata fil-qiegħ u rranġhom f’saff. Poġġi nofs it-taħlita tat-tonn, u wara terz mil-ħxejjex aromatiċi. Erġa rrepeti s-saffi, spiċċa b’saff patata. Warrab it-terz tal-ħxejjex aromatiċi. Erġa ħallat it-taħlita tal-bajd u ferragħha fuq il-patata. Dewweb il-butir u itfagħu fil-wiċċ. Ħawwar bi ftit melħ ieħor imbagħad sajjar fil-forn għal 50-55 minuta sakemm it-taħlita tal-bajd tkun għaqdet u l-patata tkun tqarmċet u ħadet kulur dehebi. Ħalliha toqgħod għal 10-15 il-minuta.
- Roxx il-ħxejjex aromatiċi li warrabt u servi.